Malta

Malta

Nadia Mifsud

Nadia Mifsud © © Nadia Mifsud Nadia Mifsud © Nadia Mifsud

Nadia Mifsud twieldet fl-1976. Trabbiet fit-toroq u t-turġien ta' Bormla, u qattgħet żgħożitha qrib l-irdumijiet ta' San Tumas. llha tgħix Franza 23 sena.
 
Nadia tgħallem, tittraduċi, u tikteb - kultant poeżija, kultant proża, kultant taħlita tat-tnejn (ġieli xejn). Fl-2009 dehret l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha, bl-isem ta’ żugraga. Kantuniera ‘l bogħod, it-tieni ġabra ta’ poeżiji, ġiet ippubblikata minn Edizzjoni Skarta fl-2015 u rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2016 fil-kategorija tal-Poeżija. F’Novembru 2017, deher l-ewwel rumanz tagħha, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa, f’pubblikazzjoni Merlin. Numru ta' poeżiji u novelli dehru fl-aħħar sitt edizzjonijiet ta’ Leħen il-Malti. Kitbiet oħra dehru f'antoloġiji differenti, kemm Malta kif ukoll barra.
 
Fost l-awturi li Nadia qalbet għall-Franċiż nistgħu nsemmu lil Norbert Bugeja, Claudia Gauci, Maria Grech Ganado, Simone Inguanez, Pierre J. Mejlak, Immanuel Mifsud u Karl Schembri.
 
Nadia għandha namra partikolari ghal-letteratura u t-teorija femminista. Hija għandha wkoll għal qalbha proġetti maħsuba biex ikebbsu l-imħabba għall-qari fit-tfal minn età żgħira. Ilha mill-2011 involuta f'Inizjamed li kull sena torganizza, fost attivitajiet oħra, il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta.
 

Nadia Mifsud
Born in Malta in 1976, Nadia Mifsud moved to France in 1998. She currently lives in Lyon. To date, she has published two books of poetry, żugraga (spinning top, 2009) and Kantuniera ’l bogħod (Round the Bend, Edizzjoni Skarta, 2015), winner of the 2016 National Book Prize (poetry section). Her debut novel, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Going (almost) full circle, Merlin Publishers), released in 2017, was shortlisted for the 2018 National Book Prize. Her poems and short stories have been published in several anthologies, both in Malta and abroad. Mifsud has also translated into French some of the strongest voices in Maltese contemporary literature. As a member of the Maltese cultural organization Inizjamed, she has been involved in the organization of the Malta Mediterranean Literature Festival since 2011.

 

Bejt

Nadia Mifsud

Bormla siltiet

Nadia Mifsud

hekk tħobbni l iżjed silta

Nadia Mifsud

ma tintegħimx l istess dil gżira silta

Nadia Mifsud

Il Belt mod ieħorsiltiet

Nadia Mifsud

Top